Lokali

Il-funeral ta’ Mildred Azzopardi se jsir is-sibt fil-Furjana

It-tfal ta’ Mildred Azzopardi ħabbru li l-funeral ta’ ommhom se jsir is-sibt fid-9:15am fil-parroċċa ta’ San Publiju, fil-Furjana.

Il-familja qed tappella lin-nies biex ma jilbsux iswed.

“Jekk tistgħu ilbqu l-ilwied oranġjo jew turquoise – il-kuluri favoriti tagħha”, qalet Amy Azzopardi fuq il-media soċjali.

Mildred Azzopardi hija l-mara li inqatlet fl-inċident ikrah li seħħ il-Ħadd filgħaxija fiz-zona Ta’ Liesse.

B’rabta ma’ dan il-każ tressaq il-Qorti Benjamin Chetcuti, li qed jiġi akkużat bi qtil involontarju.