Lokali

L-għaqda studenteska Pulse kontra r-riforma tal-liġi tal-ippjanar

Fi stqarrija ppublikata fuq il-midja soċjali, l-għaqda studenteska Pulse ħarġet kontra r-riforma tal-liġi tal-ippjanar li ppropona l-Gvern Laburista mingħajr konsultazzjoni ta’ xejn.

Huma sostnew li b’dawn ir-riformi, il-komunitajiet se jsibuha iżjed diffiċli biex jagħtu sehemhom dwar kif jiġu żviluppati l-irħula u l-villaġġi tagħhom. U minħabba li s-saħħa se tkun kollha f’idejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ministeru, il-pubbliku se jsiba iżjed diffiċli biex jappella deċiżjonijiet ħżiena, u minflok se tkun eħfef għall-iżviluppaturi biex ikomplu jibnu.

Huma komplew jgħidu li dan se jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum tal-persuni kollha affettwati, kif ukoll se taffettwa l-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Pulse sostniet li l-residenti ħaqqhom ikunu infurmati u li jkollhom post fejn isemmgħu leħinhom. Huma qalu wkoll li l-liġijiet għandhom jiġu spjegati b’mod ċar u onest.