In-National Basketball Association se tibda torganizza partiti f’Londra kif ukoll f’Manchester, fl-2026 u fl-2027 rispettivament. F’Londra, intgħażlet l-O2 Arena bħala l-post li se tospita l-partita bejn Orlando Magic u Memphis Grizzlies il-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2026.
Din se tkun l-ewwel partita fl-Ingilterra sa mill-2019, meta l-Washington Wizards għelbu lin-New York Knicks, b’Londra tospita numru ta’ partiti tal-NBA bejn 2011 u l-2019.
Manchester se tkun qed tospita l-ewwel partiti fl-2027 fil-Co-op Live, bit-timijiet involuti mistennija jitħabbru fil-bidu ta’ dak l-istaġun. Manchester ospitat partita ta’ ħbiberija bejn Oklahoma City Thunder u Philadelphia 76ers f’Ottubru 2013. L-NBA se jospitaw partiti fl-Ewropa fl-2026, 2027 u 2028.
//= $special ?>