It-tim nazzjonali Malti tal-hockey tilef it-tieni partita tal-Euro Hockey Championship 3 b’telfa ta’ 3-2 kontra l-Bulgarija.
It-tim immexxi minn Chris Attard kellu wirja ferm aħjar minn dik kontra l-Ukrajna li tilef 9-1. Saħansitra l-Maltin kienu qed jirbħu 2-0 sa tmiem it-tielet quarter u kien biss fl-aħħar 17-il minuta u nofs li l-Bulgari dawru l-iskor favur tagħhom.
Kien Keith Bajada u aktar tard Thomas Degiovanni li taw vantaġġ doppju lill-Maltin qabel ma’ Valentin Georgiev, Bogomil Pavlov u Georgi Baklev taw il-punti massimi lill-Bulgari li rnexxielhom idawru telfa f’rebħa.
Umpires għal din il-partita kienu Jaroslva Suchochi mil-Litwanja u Aaron Saunders mill-Irlanda.F’
Malta, issa tilgħab it-tielet u l-aħħar partita tal-grupp kontra l-Ungerija. F’logħba oħra mill-istess grupp, l-Ukrajna għelbu lill-Ungerija 10-1 sabiex jinsabu fl-ewwel post tal-grupp flimkien mal-Bulgarija. Il-logħob kollu qed isir fil-belt Torka ta’ Kirklareli.
KLASSIFIKA – GRUPP A
Ukrajna, Bulgarija 6; Malta, Ungerija 0.
//= $special ?>