Waqt li pajjiż sħiħ qed jitkellem dwar l-aħħar qtil doppju li seħħ ilbieraħ, il-PBS u s-Super One użaw kliem identiċi biex jipprovaw ixerrdu propaganda fina – bl-iskop li jimlew moħħ in-nies b’narrativa li l-Gvern qed isolvi l-omiċidji.
Filwaqt li huwa ammirevoli kif il-Pulizija f’ħin qasir illokalizzaw lil min spara, huwa tal-mistħija kif ix-xandir nazzjonali qed jagħmel copy and paste tas-Super One.
Mhux ta’ b’xejn li l-PN isejjaħlu Super One 2.
Dan huwa l-kliem li ġie kkupjat kelma b’kelma:
“Dan il-każ, li ġie solvut fi ftit ħin, jingħaqad mas-suċċessi tal-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, li solviet kull omiċidju fl-aħħar sitt snin. Dan l-omiċidju hu t-tieni wieħed għal din is-sena.”
//= $special ?>