L-HSBC Bank Malta p.l.c. u s-sussidjarji tiegħu (‘il-grupp lokali’) irrapporta riżultati qawwija fl-ewwel nofs tas-sena, bi profitt qabel it-taxxa ta’ €58.7m minkejja ambjent ta’ rati ta’ imgħax aktar baxxi. Bħala riżultat tal-ġenerazzjoni kontinwata ta’ profitt qawwi tagħna, id-diretturi qed jirrakkomandaw dividend interim gross ta’ 10 ċenteżmi għal kull sehem, l-istess livell bħal dak imħallas fl-istess perjodu s-sena l-oħra.
Il-grupp lokali jibqa’ profittabbli ħafna b’redditu fuq l-ekwità ta’ 12.7% għas-sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2025. HSBC Bank Malta p.l.c. (‘il-bank’) żamm balance sheet robusta u ġestjoni tar-riskju b’saħħitha b’Proporzjon ta’ Kopertura tal-Likwidità (‘LCR’) ta’ 537% u Kapital ta’ l-ewwel livell ta’ 22.5% fit-30 ta’ Ġunju 2025. Dawn il-livelli huma ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji.
Il-bank kompla jinvesti fit-teknoloġija, fin-nies u fis-servizz tal-konsumatur, inklużi kampanji riċenti għal self. Il-bank huwa pożittivi dwar l-ekonomija Maltija minkejja l-inċertezzi globali.
Ir-riżultati għall-perjodu msemmi kienu dawn:
- Profitt qabel it-taxxa (‘PBT’) għall-perjodu kien ta’ €58.7m meta mqabbel ma’ €78.6m fl-ewwel nofs tal-2024, li jirrifletti dħul aktar baxx minn rati ta’ imgħax li qed jonqsu u rkupri aktar baxxi ta’ telf ta’ kreditu.
- Id-dħul naqas bi €13.6m jew 11% minħabba dħul nett aktar baxx mill-imgħax. Rrappurtat tkabbir fis-sorsi l-oħra kollha ta’ dħul, inkluż l-assigurazzjoni, il-kummerċ, u l-kambju.
- Ġie rrappurtat rilaxx ta’ €3m f’telf ta’ kreditu mistenni (‘ECL’) li jirrifletti l-aderenza kontinwa tagħna għal politika prudenti ta’ self.
- L-ispejjeż kienu €2.3m ogħla mill-istess perjodu fl-2024. Din iż-żieda fl-ispejjeż kienet fil-biċċa l-kbira mmexxija mill-investiment fin-nies, it-teknoloġija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti regolatorji prinċipalment imwassla permezz ta’ servizzi bejn il-kumpaniji tal-HSBC stess. Spejjeż relatati mal-istrategic review huma rimborżati mill-Grupp HSBC.
- Matul l-ewwel sitt xhur, il-grupp lokali żied id-depożiti tal-klijenti b’€44.5m filwaqt li s-self lill-klijenti naqas bi €82.3m meta mqabbel mal-31 ta’ Diċembru 2024. Il-bejgħ ta’ self personali ġdid irreġistra tkabbir fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra, prinċipalment xprunat minn self garantit.
- Profitt attribwibbli lill-azzjonisti għas-sitt xhur li ntemmew fit-30 ta’ Ġunju 2025 huwa ta’ €38.3m.
- Il-maniġment jirrakkomanda dividend interim gross ta’ 10 ċenteżmi għal kull sehem, l-istess bħal fl-ewwel nofs tal-2024, appoġġjat mill-bażi kapitali b’saħħitha tal-bank.
- Il-grupp lokali jibqa’ profittabbli ħafna b’redditu fuq l-ekwità ta’ 12.7% għas-sitt xhur li ntemmew fit-30 ta’ Ġunju 2025.
- Fit-30 ta’ Ġunju 2025 il-bank żamm balance sheet robusta u ġestjoni tar-riskju b’saħħitha sostnuti minn likwidità robusta u kapital b’saħħtu. , L-LCR ta’ 537% u l-Kapital ta’ l-ewwel livell ta’ 22.5%, huma ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji.
Geoffrey Fichte, il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, qal: “Ksibna riżultati qawwija ta’ profitt qabel it-taxxa ta’ €58.7m li jirrifletti s-saħħa tan-negozju tagħna minkejja rati ta’ imgħax aktar baxxi. Bħala riżultat tal-ġenerazzjoni kontinwa u qawwija ta’ profitt tagħna fl-ewwel nofs tas-sena, id-diretturi qed jirrakkomandaw dividend interim gross ta’ 10 ċenteżmi għal kull sehem. Nixtieq nirringrazzja lill-klijenti tagħna għan-negozju tagħhom u lill-kollegi tiegħi għall-appoġġ sod tagħhom lill-klijenti tagħna.
“Inkomplu ninvestu fit-teknoloġija, fin-nies u fis-servizz għal konsumatur filwaqt li nippromwovu s-servizzi tagħna permezz ta’ sforzi kontinwi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Nibqgħu impenjati li ngħinu lill-klijenti tagħna jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u fil-fatt reċentement nedejna kampanji ġodda kompetittivi ta’ self għal xiri ta’ proprjetà mfassla biex jappoġġjaw lill-klijenti tagħna, kemm dawk preżenti kif ukoll dawk futuri. Ġeddidna ftehim kummerċjali importanti mal-Bank Malti għall-Iżvilupp, Trade Malta, il-Kamra tal-Kummerċ u oħrajn sabiex inkabbru n-negozju bankarju kummerċjali tagħna.
“Aħna pożittivi dwar l-ekonomija Maltija minkejja l-inċertezza globali. It-tkabbir ekonomiku robust u diversifikat ta’ Malta jinsab f’pożizzjoni tajba għal suċċess fil-futur minkejja x-xejriet globali.
“Il-grupp lokali jibqa’ profittabbli ħafna b’redditu fuq l-ekwità ta’ 12.7% għas-sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2025. Il-bank żamm balance sheet solida u ġestjoni tar-riskju b’saħħitha sostnuta minn likwidità robusta u pożizzjoni ta’ kapital għoli fit-30 ta’ Ġunju 2025 b’LCR ta’ 537% u Kapital tal-1 livell ta’ 22.5%, ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji.
“L-azzjonist ewlieni tagħna jkompli bl-istrategic review tal-ishma tiegħu. Aħna impenjati li ninfurmaw lis-suq dwar kwalunkwe żvilupp skont ir-regoli tas-suq kapitali,” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta.”
//= $special ?>