SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…. 16
SLIEMA FRANK SALT…………… 15
(4-4), (7-5), (4-2), (1-4)
Logħba mill-isbaħ, riżultat li jista’ jħalli effett fuq ir-rebħ tal-kampjonat. Iċ-champions Sliema Frank Salt sofrew it-tieni telfa f’ħamest ijiem meta din id-darba ġew megħluba minn San Ġiljan MAA Daikin u b’hekk inqabżu mill-istess Ġiljaniżi fi tmiem il-kampjonat. B’hekk fil-play-offs, San Ġiljan jilagħbu kontra Sirens u Sliema jilagħbu kontra Neptunes, biż-żewġ timijiet jibdew is-serje tal-aqwa minn tlieta 1-0 bħala l-ewwel żewġ timijiet klassifikati.
Aaron Younger spikka bi tripletta fl-ewwel sessjoni, perjodu li kien l-uniku wieħed li Sliema kellhom vantaġġ minimu. Żewġ gowls immedjati ta’ Ben Plumpton fit-tieni sessjoni taw vantaġġ ta’ 7-5 lil San Ġiljan, b’Younger żied ieħor minn penalty għal 8-6.
F’din l-istess azzjoni l-kowċ ta’ Sliema Giannis Katrouzanakis tkeċċa bla bżonn wara protesti eċċessivi. Il-vantaġġ ta’ San Ġiljan kiber għal 11-7 ftit wara sakemm doppjetta fl-aħħar tas-sessjoni ta’ Elijah Schembri tat tama ġdida lil Sliema.
Madankollu San Ġiljan reġgħu ħadu kontroll tal-logħba fit-tielet sessjoni u qatt ma ħallew il-vantaġġ jinżel anqas minn tliet gowls. Dan id-distakk baqa’ jitgawda minn San Ġiljan fil-maġġoranza tal-aħħar sessjoni iżda Sliema baqgħu jissieltu.
B’gowls fi ftit ħin permezz ta’ Schembri u Jayden Cutajar, Sliema naqqsu d-distakk għal 16-15 bi ftit iktar minn minuta u nofs. It-tensjoni żdiedet u l-pressjoni fuq San Ġiljan kibret. Kien għad fadal 44 sekonda, man-up għal Sliema, time-out u mill-azzjoni sussegwenti, Jake Tanti salva bi bravura fuq Jayden Cutajar. Minkejja kontroversja fl-aħħar sekondi dwar il-ħin, San Ġiljan irnexxielhom joħorġu rebbieħa.
San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana (1), A. Younger (7), M. Zammit (1), J. Bonavia (2), B. Plumpton (3), J. Abela (2), N. Zammit, D. Zammit, N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (5), L. Galea, J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia, J. Cutajar (2), D. Rizzo (1), J. Brownrigg, A. Galea (1), A. Vlachopoulos (3), D. Zammit (2), B. Busuttil, S. Engerer
Referees: Fabio Brasiliano, Alex de Raffaele
EXILES WELBEE’S…..…………. 11
NEPTUNES BEST GYMS…… 13
(2-2), (2-3), (1-6), (6-2)
Neptunes Best Gyms evitaw sorpriża lejn it-tmiem u ġabru t-tliet punti mil-logħba kontra Exiles Welbee’s. Ir-riżultat finali ma kienx se jibdel il-klassifika iżda kien importanti għal Neptunes li jirbħu bi preparazzjoni għall-play-offs. Il-kowċ ta’ Neptunes Aleksander Ciric għażel li jserraħ lil Stevie Camilleri u Gergo Zalanki flimkien mal-gowlkiper Matthew Castillo.
Exiles kellhom vantaġġ ta’ 2-1 fl-ewwel sessjoni b’doppjetta ta’ Konstantin Averka, b’Neptunes irnexxielhom idawru r-riżultat għal 4-3 u 5-4 fit-tieni sessjoni. Il-vantaġġ ta’ Neptunes kiber għal 8-4 fit-tielet sessjoni u wara li Mark Fenech naqqas id-distakk, Neptunes skorjaw tlieta oħra fl-aħħar tliet minuti tas-sessjoni għal vantaġġ komdu ta’ 11-5.
Ħafna ħasbu li l-partita kienet intemmet iżda Exiles kellhom ħsibijiet oħra. B’doppjetti ta’ Averka u Dominique Zahra flimkien ma’ gowls ta’ Fenech u David Pace Lupi annullaw id-differenza b’anqas minn minuta għat-tmiem. Madankollu Alec Fenech reġa’ ta vantaġġ meta kien fadal 20 sekonda, b’Enrico Mallia ssiġilla r-rebħa bl-aħħar xutt.
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), T. Agius, M. Martellacci (1), M. Fenech (2), K. Griscti (1), K. Averka (4), K. Tanti, K. Navarro, D. Zahra (2), G. Galea Curmi, L. Hyzler
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (7), G. Zalanki, L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta (1), S. Camilleri, M. Castillo, B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech (3), M. Azzopardi (1), M. Rossi, E. Mallia (1)
Referees: Antonio Barra, Ronnie Spiteri
BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI
MARSASKALA OPTIMA….. 14
OTTERS NIVEA………..………. 16
(5-3), (5-3), (2-8), (2-2)
Otters Nivea kisbu s-seba’ rebħa tal-kampjonat, logħbiet li serviet ta’ preparazzjoni hekk kif se jerġgħu jilagħbu kontra Marsaskala Optima fis-semifinali tal-play-offs. Marsaskala kellhom il-vantaġġ fl-ewwel żewġ sessjonijiet fosthom vantaġġ ta’ 7-4 u 9-5 fit-tieni sessjoni.
Wara l-mistrieħ, beda l-ispettaklu ta’ Drasko Gogov li wara l-gowl ta’ Vito Figliomeni, skorja xejn anqas minn ħames gowls u poġġa lil Otters 12-10 fil-vantaġġ. Marsaskala rkupraw iżda Otters reġgħu wieġbu u bdew l-aħħar sessjoni tnejn minn fuq. Otters irnexxielhom jikkontrollaw il-vantaġġ fl-aħħar sessjoni.
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, N. Spiteri, J. Pace Mizzi (1), J. Simpson, R. Greco, M. Agius, G. Kovacs (7), K. Grech, G. Sammut (1), M. Curmi (5), T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, A. Dimech, C.J. Saliba (2), M. Meli, D. Dimech, D. Gogov (9), M. Soler (2), L. Dimech, V. Figliomeni (2), M. Farrugia (1), K. Micallef, Z. Dzanovic, S. Cutajar
Referees: Fabio Brasiliano, Juana Cauchi
Kif Spiċċaw il-Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
San Ġiljan | 10 | 9 | 0 | 1 | 157 | 121 | 27 |
Sliema | 10 | 8 | 0 | 2 | 174 | 126 | 24 |
Neptunes | 10 | 7 | 0 | 3 | 150 | 115 | 21 |
Sirens | 10 | 4 | 0 | 6 | 120 | 139 | 12 |
Exiles | 10 | 2 | 0 | 8 | 111 | 154 | 6 |
Valletta | 10 | 0 | 0 | 10 | 119 | 176 | 0 |
Kif Spiċċaw l-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 10 | 10 | 0 | 0 | 192 | 132 | 30 |
Otters | 10 | 7 | 1 | 2 | 157 | 125 | 22 |
Marsaskala | 10 | 5 | 0 | 5 | 142 | 144 | 15 |
Birżebbuġa | 10 | 4 | 0 | 6 | 137 | 134 | 12 |
Ta’ Xbiex | 10 | 3 | 1 | 6 | 144 | 142 | 11 |
Barracudas | 10 | 0 | 0 | 10 | 85 | 180 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 1 ta’ Awwissu
Semifinali Play-Offs I Diviżjoni: Marsaxlokk v Birżebbuġa 6.15pm, Otters v Marsaskala 7.30pm
Is-Sibt 2 ta’ Awwissu
Semifinali Play-Offs Kampjonat Premier: San Ġiljan v Sirens 6.15pm, Sliema v Neptunes 7.30pm
//= $special ?>