It-Tlieta għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volvo XC60 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Għaxaq, u mutur Malaguti Madison misjuq minn Brażiljan ta’ 29 sena u li joqgħod iż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>