Sport

Sirens jiksbu r-raba’ rebħa

Sirens Build Fitness   14       Valletta Peak Insurance   10

Sirens kisbu r-raba’ rebħa fl-ewwel partita mill-10 ġurnata tal-Kampjonat fil-Pixxina Nazzjonali, f’Tal-Qroqq, sabiex bi 12-il punt saħħew posthom fir-raba’ post fil-klassifika. Għal kuntrarju Valletta sofrew l-għaxar telfa minn daqstant partiti. Rebħa għal Sirens li mmaturat fl-ewwel żewġ sessjonijiet.

Wara li Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 5 – 2 , Valletta naqsu milli jwettqu reazzjoni b’mod li sa tmiem it-tieni sessjoni l-iskor tela’ għal 8 – 3 għal Sirens. Fit-tielet sessjoni b’Valletta kienu aktar fil-partita iżda Sirens għalqu 3 – 2 bir-rimonta minn Valletta tasal tard fil-partita meta rebhu l-aħħar sessjoni 5 – 3, b’Sirens jikkonsolidaw il-vantaġġ biex għalqu 14 – 10

Il-protagonista għal Valletta kienu Ivan Nagaev li skorja 6 gowls, b’Matthew Mifsud żewġ gowls u gowl kull wieħed minn Max Zammit u Matthew Chirop. Għal Sirens xejn anqas minn tmien plejer skorjaw, b’Isaiah Riolo ħames gowls, żewġ gowls kull wieħed Peter Borg u Gianni Farrugia filwaqt li Nicolas Bicari, Jake Cachia, Kydon Agius, Matthew Sciberras u Gabriel Pace kollha b’gowl kull wieħed.

Referees kienu Massimo Angilleri u Fabio Brassiliano.