L-atleta Olimpika tal-biathlon Laura Dahlmeier ġiet iċċertifikata mejta wara inċident li kellha waqt li tixxabbat fil-muntanji Karkoram fil-Pakistan. Is-sieħba tagħha li kienet fuq l-avventura magħha, Marina Eva, ċemplet lis-servizzi tal-emerġenza hekk kif seħħ l-inċident, li seħħ f’altitudni ta’ madwar 5,700 metru.
Is-servizzi tal-emerġenza flimkien ma’ numru ta’ expert climbers mill-Ġermanja u mill-Istati Uniti isskotaw immedjatament bit-tfittxija, li madankollu kienet imxekkla mill-kundizzjonijiet tat-temp.
Ix-xewqa ta’ Dahlmeier kienet li jekk iseħħ inċident bħalma seħħ, ħadd m’għandu jipprova jfittex il-ġisem tagħha, hekk kif dan jista’ jkun ta’ periklu għal ħajjithom. Il-Kofederazzjoni Ġermaniża tal-isport Olimpiku qalu li Dahlmeier kienet iktar minn champion Olimpika, fejn kellha qalb tad-deheb, attitudni u viżjoni għall-isport.
//= $special ?>