Identifikati ż-żewġ vittmi tad-delitt doppju li seħħ ilbieraħ fiz-zona tal-Kunċizzjoni, fil-limiti tar-Rabat.
Dawn huma Dennis Mifsud ta’ 51 sena mis-Siġġiewi u Anthony Agius ta’ 57 sena mir-Rabat, li nqatlu fl-isparatura li seħħet it-Tlieta għall-ħabta tas-6:30pm.
Il-Pulizija arrestaw lil raġel ta’ 72 sena minn Ħaż-Żebbuġ b’rabta ma’ din l-isparatura. Hu ġie arrestat viċin il-kumpless tax-xiri li hemm fid-daħla tal-Mosta.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud qed imexxi inkjesta.
Kien Net News li lbieraħ żvela li l-vittmi huma t-tifel tas-siebħa tal-anzjan li spara u r-raġel tat-tifla tagħha. Il-familja għandha l-għelieqi biswit din il-kappella u jidher li l-qtil huwa eskalazzjoni ta’ battibekk jaħraq f’din il-familja.
//= $special ?>