Għar-raba’ sena konsekuttiva Triq Santa Agatha, fiż-Żurrieq, tinsab maqlugħa.
Għall-Gvern tal-Labour jidher li l-aħjar żmien li wieħed jagħmel xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq Maltin huwa fiż-żmien tas-sajf, hekk kif din mhijiex l-ewwel triq li qed isir ix-xogħol fiha f’dawn ix-xhur tas-sajf.
S’issa Triq Santa Agatha ilha xahar sħiħ maqlugħa bir-residenti jilmentaw bl-ammont ta’ storbju minħabba l-pjanċi fl-art u trabijiet fl-arja.
Diversi residenti ta’ din it-triq tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet fejn saħansitra tennew li ilhom xahar ma jorqdu bl-istorbju u l-kaos assolut li hemm f’din it-triq.
Ir-residenti għamlu wkoll kuntat ma’ diversi entitajiet u ministri minn naħa tal-gvern iżda baqgħu mingħajr ebda tweġiba.




