Lokali

Zammit Lewis jikkritika lil dawk li taw il-pariri lil Robert Abela

Min ta l-pariri lil Robert Abela żgur m’għandux għarfien politiku.

Hekk iddikjara d-deputat tal-Labour Edward Zammit Lewis meta din il-ġimgħa kien mistieden fuq l-istazzjon F-Living – fejn tkellem dwar il-liġijiet kontroversjali li għandhom x’jaqsmu mal-ippjanar.

B’Zammit Lewis jgħid b’mod ċar li l-Gvern seta’ mexa aħjar.

Filwaqt li insista li hu ma kienx involut fit-tfassil ta’ dawn il-liġijiet, Edward Zammit Lewis kien kritiku ferm għall-mod kif saru l-affarijiet minn naħa tal-klikka ta’ Robert Abela – speċjalment minħabba n-nuqqas ta’ konsultazzjoni.

Zammit Lewis stqarr li minkejja li hemm aspetti pożittivi f’dawn il-liġijiet tal-ippjanar, xorta jibqa’ l-fatt li l-proċedura li adotta l-Gvern kienet ħażina.