Lokali Parlament

230 pazjent ilhom jistennew intervent newrokirurġiku fl-Isptar Mater Dei aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent

Hemm 230 pazjent li ilhom jistennew intervent newrokirurġiku fl-Isptar Mater Dei u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.

Meta kien qed iwieġeb lid-Deputat Nazzjonlista Ian Vassallo, il-Ministru Jo Etienne Abela kkonferma dan l-ammont ta’ pazjenti u qal ukoll li jkun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri, inkluż raġunijiet mediċi.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qal ukoll li kull operazzjoni urġenti ssir fl-iqsar żmien possibbli.