L-ilmenti li kemm kien hemm mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Port fis-sena li għaddiet kienu jammontaw għal aktar minn 1,560. Dan ir-reġjun hu magħmul mil-lokalitaiet tal-Belt, il-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, il-Floriana, il-Kalkara, Raħal il-Ġdid, Ħal Tarxien u x-Xgħajra
Fil-Fgura Port l-ilmenti li jidħlu għand il-Kunsill dwar l-iskart jiġu rappurtati minnufih lill-kuntrattur u lir-Reġjun. Il-Kunsill tal-Fgura ma kienx iżomm rendikont ta’ dawn it-tip ta’ ilmenti, però qed jaħdem fuq
sistema ġdida fejn kull ilment jiġi rrekordjat.
Fil-Kunsill tal-Floriana, għalkemm m’għandux informazzjoni reġistrata tal-ilmenti relatati mal-ġbir ta’ skart, meta jkollu dawn l-ilmenti (l-aktar dwar li ma jinżammx il-ħin tal-ġabra mill-kollettur), il-Kunsill Lokali jikkomunika direttament mal-kuntrattur u jinforma lir-Reġjun dwar lilmenti mibgħuta lilu.
L-erba ilmenti f’Ħal Tarxien, kienu ilment fejn kien hemm boroż individwali li ma nġabrux. L-ilmenti li kellu l- Kunsill tax-Xghajra kienu biss fuq il-ħin tal-ġabra li kienet qed issir tard.
Il-Kunsill tal-Belt naqas milli jgħaddi r-risposta fil-ħin.
Din l-informazzjoni dwar ilmenti li saru dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Port matul is-sena li għaddiet ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Owen Bonnici li kien qed iwieġeb interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li talbet lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Port fis-sena 2024 u biex jaqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun.
//= $special ?>