Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja ta’ Triq il-Wilġa, f’San Ġiljan.
Dan minħabba ilma ikkontaminat li sejjer fil-baħar, li jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat.
L-uffiċjali investigaw il-każ u s-sors ġie identifikat u indirizzat. F’dan l-stadju, ma jistax jiġi mbassar kemm ser idum dan l-avviż.
Tabelli li jindikaw iz-zona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli se jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
//= $special ?>