Lokali Saħħa

Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat peress li fih kulur (Rhodamine B), li mhux awtorizzat għall-użu f’ikel.

Deskrizzjoni tal-prodott:Mild Madras Curry Powder
Ditta:TRS
Best Before:28/02/2026
Piż:100g

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq 22924885 mis-7:30am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq fsc.mafa@gov.mt.