Lokali Saħħa

Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta’ pestiċidi

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta’ pestiċidi (Acetamiprid u Thiamethoxam).

Deskrizzjoni tal-prodott:Sella Basmati Rice (Parboiled)
Ditta:Royal Golden
Data tad-durabbilità:15.10.2026
Lotts involuti:L 15-10-2026
Piż:5Kg

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown – 22924885 mis-7:30am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq fsc.mafa@gov.mt.