Il-funeral tar-raġel li miet fil-Park and Ride tal-Furjana se jsir is-Sibt, 2 ta’ Awwissu, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, fid-8:45am.
Dan tħabbar mit-tifel ta’ Karmenu Muscat, li fuq il-midja soċjali kiteb li l-familja trid tagħtih l-aħħar tislima “u nfakkru b’għożża l-ħajja tiegħu”.
“F’isem il-familja kollha nirringrazzjaw lil kulħadd tat-talb, il-ħsibijiet u s-sapport li qed insibu f’dan il-mument diffiċli.”
Charlie, li kien residenti n-Naxxar u missier ta’ żewġt itfal, kien dilettant kbir tal-festa fejn kien iqatta’ ħafna ħin jgħin fl-armar għaċ-ċelebrazzjoni li ssir kull sena fix-xahar ta’ Settembru – kif ukoll kien jerfa’ l-vara titulari ta’ Marija Bambina.
Apparti minn hekk, fl-1980 hu kien irrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi li kienu saru f’Moska. Charlie kien ħa sehem fit-tellieqa individwali u fit-Team Time Trial taċ-ċikliżmu.
//= $special ?>