Lokali

IL-QTIL DOPPJU FIL-KUNĊIZZJONI: Karmenu Ciantar se jitressaq il-Qorti llum fis-13:00

Karmenu Ciantar mistenni jitressaq il-Qorti aktar illum fis-13:00 b’rabta mal-qtil doppju li seħħ fiz-zona tal-Kunċizzjoni nhar it-Tlieta filgħaxija.

Hu se jkun qed jidher quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

Ciantar, li għandu 72 sena u huwa minn Ħaż-Żebbuġ, se jiġi mixli bil-qtil ta’ Dennis Mifsud ta’ 51 sena mis-Siġġiewi u Toni Agius ta’ 57 sena mir-Rabat.

Kif kien żvela Net News, wieħed mill-vittmi hu t-tifel tas-sieħba tal-allegat aggressur, filwaqt li l-ieħor hu r-raġel tat-tifla tas-sieħba ta’ Ciantar.