Lokali

IL-QTIL DOPPJU TAR-RABAT: Il-funeral ta’ Toni Agius se jsir is-Sibt filgħodu

Konfermat li l-funeral ta’ Toni Agius, wieħed mill-vittmi tal-qtil doppju li seħħ fil-Kunċizzjoni jumejn ilu, se jsir nhar is-Sibt li ġej.

L-aħħar tislima se tkun qed tingħatalu fil-Knisja ta’ San Pawl, fir-Rabat, fid-9am.

Il-funeral tal-vittma l-ieħor, Dennis Mifsud, se jsir għada fil-Knisja tas-Siġġiewi fit-3:30pm.