Lokali

Is-CPD jikkontrollaw nirien li qerdu seba’ vetturi f’Wied il-Għajn

Ħadd ma weġġa’ wara li seba’ vetturi nqerdu minn nirien li żviluppaw fi Triq il-Maħsel, f’Marsaskala.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:30pm.

Fil-post waslu mhux biss membri tas-CPD iżda anke Pulizija u ambulanzi, li assistew fil-ħidma biex jintfew in-nirien.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qed imexxi inkjesta.