Lokali

It-tfal ta’ Mildred Azzopardi jistiednu lill-ġenituri ta’ Benjamin Chetcuti għall-funeral ta’ ommhom

Permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali, it-tfal ta’ Mildred Azzopardi li nqatlet fl-inċidenti f’Ta’ Liesse nhar il-Ħadd li għadda, stiednu lill-ġenituri ta’ Benjamin Chetcuti għall-funeral ta’ ommhom.

It-tfal tal-mara qalu li l-inqas ħaġa li jistgħu jagħmlu l-ġenituri ta’ Chetcuti huwa li juru rispett lejn il-vittma – għaliex sa issa, ma saret ebda apoloġija lejhom.

Benjamin Chetcuti huwa s-suldat li qed jiġi mixli bil-qtil involotarju ta’ Mildred Azzopardi. Huwa qed jaffaċja wkoll akkużi li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Fl-istess każ anke r-raġel tagħha, Freddie Azzopardi, spiċċa ferut serjament. Hu għadu qed jinżamm taħt osservazzjoni fl-ITU, fejn qed jissielet għal ħajtu.