Ambjent Lokali

Mill-bejta tal-Ġnejna ħarġu 79 fekruna

Mill-bejta tal-Ġnejna ħarġu 79 fekruna

Il-bejta ta’ Ġnejna faqqset għal kollox b’total ta’ 79 fekruna.

Wara tlett iljieli impenjattivi, illum l-uffiċjali tal-ERA u l-voluntieri ta’ Nature Trust fetħu l-bejta biex jiżguraw li l-fkieren kollha ħarġu, filwaqt li ġabru informazzjoni importanti għar-rekords ta’ konservazzjoni tagħna.

Is-suċċess ta’ din il-bejta jimmarka l-bidu ta’ dak li l-membri tan-Nature Trust u l-volontieri qed ibassru li se jkun sajf li joffri sensiela ta’ avvenimenti simili.