L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg mhux denja biex taqdi l-irwol tagħha.
Dan intqal mill-Editorjal tat-Times of Malta, wara li fost l-oħrajn Buttigieg naqset milli tikseb l-informazzjoni neċessarja relatata mal-proċeduri kriminali kontra l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u oħrajn fil-każ tal-Vitals. Fejn l-awtoritajiet Żvizzeri ma setgħux jgħinu – sempliċiment għaliex it-talba li rċevew mingħand l-Avukat Ġenerali ma kienx fiha id-dettalji kollha.
L-editorjal għamel referenza wkoll għall-fatt li l-Avukat Ġenereali għandu dmir li jwettaq ir-responsabiltajiet legali, id-dmirijiet u l-funzjonijiet bl-aktar mod effettiv u effiċjenti fl-interess tal-poplu, b’viżjoni li twassal għal prosekuzzjoni ta’ kwalità.
Madanakolu – kif fissret it-Times – xejn minn dan ma kien evidenti fit-talba li saret mill-Avukat Ġenerali lill-Awtoritajiet Żvizzeri. Bl-editur jgħid li ħaġa waħda hija żgur ċara: li dan il-każ kien turija ta’ inkompetenza jekk mhux anke falliment tad-doveri tagħha.
Intqal ukoll li din mhix l-ewwel darba li l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, spiċċat taħt kritika enormi, dan hekk kif l-Inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia, kienet irreferiet għall-irwol tagħha fid-deal tal-Electrogas fejn bħala Deputat Avukat Ġenerali hi dehret li tat projorità lill-interessi tal-Gvern u mhux tal-pajjiż.
Victoria Buttigieg, fil-fat kienet ingħatat tbeżbiża kbira mill-Imħallef tal-Qorti Superjuri, li kien irrabjat għan-nuqqas tagħha li tippreżenta ċertu dokumentazzjoni.
Mhux hekk biss iżda, taħt il-ħarsien tagħha, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, approva l-maħfra ta’ akkużi serji ta’ attentat ta’ qtil ta’ uffiċjali tal-Pulizija. Bl-Uffiċċju ta’ Buttigieg jonqos milli japprova lill-Pulizija milli jmexxi bl-arrest ta’ konsulent tal-gaming li kellu mandatt ta’ arrest.
Issa… din it-talba lill-Awtorijiejet Żvizzeri kienet nuqqas ieħor sfaċċat, fejn l-inqas ħaġa li Buttigieg u l-uffiċċju tagħha kellhom jagħmlu kienet li jiċċekjaw li l-proċedura ssir u jsegwu t-talba. Mdanakollu Buttigieg lanqas din ma kienet kapaċi tagħmel.
Intant, il-Partit Nazzjonalista ilu snin jisħaq li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġnereali jinsab maħtuf minn Robert Abela, bil-Partit Nazzjonalista jgħid li huwa inaċċettabli li l-Avukat Ġenerali tibqa’ pupazz tal-Prim Ministru, anke wara li Buttigieg naqset milli tgħaddi koppja tal-Inkjesta 17 Black lill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>