Lokali Parlament

330 vettura rreġistrata għat-trasport ta’ passiġġieri f’San Pawl il-Baħar

Hemm 330 vettura rreġistrata bħala vetturi żgħar għat-trasport ta’ passiġġieri fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Dan jirriżulta minn tweġiba li ngħata fil-Parlament fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid kemm hu n-numru ta’ vetturi bil-Y plates rreġistrati fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar u jipprovdi wkoll l-istess tagħrif kif kien fl-2015

Il-Ministru Chris Bonett qal ukoll li l-Awtorità m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ tali vetturi li kienu rreġistrati fil-lokalità msemmija fis-sena 2015.