Sport

Hibernians itemmu l-avventura fl-Ewropa

Spartak Trnava (Slovakkja)    5    Hibernians   1

F’partita li pproduciet sitt gowls flimkien ma’ penalty fallut fuq kull naħa, l-avventura fl-Ewropa ta’ Hibernians, fi Stadion Antona Malitinsky, fi Trnavà, intemmet fuq nota negattiva. Telfa ta’ 5 – 1 u aggregate ta’ 7 – 2 għal Spartak Trnava li ddettaw għal parti l-kbira tal-partita.

Wara biss 4 minuti minn azzjoni ta’ Azango kien LIBOR HOLIK li għeleb lil Laurentiu Branescu biex poġġa lil Spartak Trnava fil-vantaġġ. Ebda reazzjoni minn Hibernians, bi Spartak japprofittaw u fit-12-il minuta rdoppjaw. Kien pass ta’ Holik lejn STEFAN SKRBO li mill-ġdid għeleb lil Branescu.

Tliet minuti wara ċans għal Hibernians biex inaqqsu l-iskor. Foul ta’ Kristian Kostrna fuq Miullen. Penalty għal Hibernians. Tah Bjorn Kristensen iżda Ziga Frelih salva. Fid-29 minuta Duris laqat il-lasti għal Spartak u l-istess plejer fil-31 minuta, għal foul minn Pablo Alves, minn penalty għal Spartak falla meta laqat il-lasti. Fis-37 minuta minn azzjoni ta’ Lucas Villela, kien MIULLEN li għeleb lil Frelih biex naqqas l-iskor għal Hibs.

Madankollu fis-47 minuta l-iskor sar 3 – 1 għal Spartak b’gowl minn MICHAL TOMIC. Bil-partita deċiża fl-54 minuta awtogowl tad-difensur ta’ Hibernians PEDRAO kompla jkabbar l-iskor għal 4 – 1. Spartak komplew fuq l-offensiva fejn fis-57 minuta kien PHILIP AZANGO li kompla jkabbar l-iskor għal 5 – 1, għal skor li bih intemmet il-partita.

Ir-referee kien Pavle Ilic, mis-Serbija.