Lokali Parlament

Aktar minn 450 ħaddiem mal-KM Airlines

It-total ta’ ħaddiema impjegati llum mal-KM Malta Airlines f’termini ta’ FTE hu ta’ 421.9.

Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Clyde Caruana meta wieġeb mistoqsija bil-miktub tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.

Il-KM Malta Airlines ħadet post l-Air Malta wara li l-Air Malta waqfet ittir bħala linja nazzjonali ta’ Malta.

Jirriżulta wkoll minn mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo, li b’kollox huma 413-il ħadddiem li huma Maltin, 24 ħaddiem minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u 17 minn pajjiżi terzi (TCNs).