BirdLife Malta esprimiet l-apprezzament tagħha lill-HSBC Malta Foundation talli qed tappoġġja l-edizzjoni tas-sajf 2025 ta’ Nature Guardians — esperjenza finnatura f’għaxar sessjonijiet maħsuba biex tispira lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ kustodji ambjentali.
Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, 15-il tifel u tifla bejn is-7 u l-11-il sena qed jipparteċipaw fi vjaġġ prattiku tan-natura fir-Riżerva Naturali tas-Salina, li qed isir kull nhar ta’ Tlieta filgħaxija bejn Lulju u Settembru 2025.
Il-programm jgħaqqad ix-xjenza, l-esplorazzjoni u d-divertiment qalb in-natura, billi jintroduċi lit-tfal għall-ambjent naturali ta’ Malta permezz ta’ attivitajiet bħal birdwatching, ittestjar tal-ħamrija u tal-ilma, ‘il-bini ta’ lukandi’ għallinsetti, il-kura tal-abitati u logħob fin-natura — kollha intiżi biex isaħħu r-rabta
tat-tfal man-natura.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana wera l-apprezzament tiegħu għal dan l-appoġġ u qal, “appoġġ bħal dan jagħmilha possibbli li aktar tfal igawdu esperjenzi sinifikanti fin-natura li jifformaw il-fehma tagħhom dwar lambjent u l-importanza tal-konservazzjoni.”