Fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu, seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti Tal-Pietà u karozza misjuqa minn mara ta’ 26 sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 am, fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara. Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza hekk kif kien irriżulta li l-mara ma weġġgħatx filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi ħfief.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
//= $special ?>