Il-mara Filippina li tinsab għaddejja ġuri mixlija bil-qtil tas-sieħeb tagħha qalet li kien hu li l-ewwel qabad is-sikkina u wara ma tafx x’ġara. Kien qed tibża’ wisq għax kienet il-vitmma ta’ vjolenza domestika. Mayumi Santos Patacsil ta’ 48 sena, li ddeċidiet li tixhed waqt il-ġuri li issa riesaq lejn tmiemu qalet li dakinhar kienet fid-dar flimkien ma’ Marcelino.
Viżibibilment kommossa qalet li l-argument beda għax Marcelino ried li jkollu relazzjoni sesswali magħha iżda hi ma riditx. Dan għax kien qed jakkużaha li qed tara rġiel oħra. Hija sostniet li Marcelino kien li beda jsawwatha l-ewwel u b’hekk hija rritaljat għaliex kienet qed tħossha mhedda u fi periklu.
Patacsil xehdet li s-sieħeb tagħha kien qalilha li ried joqtolha u għalhekk hi ħarbet mid-dar u marret għand il-ħbieb tagħha biex tfittex għajnuna. Ħbiebha qalulha biex iċċempel 112 u tirrapporta l-każ bħala vjolenza domestika.
Meta ġiet mistoqsija dwar is-skieken, Patacsil wieġbet li Marcelino kien qabad is-sikkina l-ewwel u hi ħaditilu. Hija insistiet li kien dejjem hu li jweġġagħha u għalkemm qatt ma ġġieldet lura fil-passat, f’dik l-okkażjoni ddeċidiet li tagħmel dan.
Meta l-avukat staqsiha x’tifhem u xi tfisser “li tiġġieled lura”, hija wieġbet li “nafx, kont qed nibża’ ħafna.” Meta kompliet bil-mistoqsija għaliex kienet tibża’, hija rripetiet: “jien kont nibża’.” Id-difiża ta’ Patacsil insistiet mal-ġurati li l-inċident kien riżultat ta’ vjolenza domestika u li kienet qed tiddefendi ruħha minn sieħeb aggressiv.
Għal iktar mistoqsijiet tal-avukat tagħha Simon Micallef Stafrace, fosthom kemm dam vjolenti magħha, hi qalet li ma tiftakarx eżatt u hawn infaqgħet tibki. Il-prosekuzzjoni fakkriha li hi kienet qed tixhed taħt ġurament. Wara li kkalmat qalet li kienu l-ħbieb tagħha li tawha l-parir li takkwista ċertifikat mediku.
Qalet li wara dak kollu li seħħ hi ħarġet il-barra bil-bagalja u xi dokumenti mportanti tagħha. Wara li temmet ix-xhieda tagħh l-Avukat Micallef Stafrace qal lill-ġurati li dan ma kienx qtil sempliċi qtil, imma sitwazzjoni fejn l-akkużata aġ’ixxiet biex tiddefendi ruħha, li traġikament irriżultat fil-mewt tas-sieħeb tagħha.
L-Avukat qal li hemm dubju suffiċjenti li dan ma kienx qtil intenzjonat, u żgur mhux wieħed premeditat. Qal ukoll li l-mara ma kienitx kapaċi tiftakar is-serkwenza preċiża ta’ dak li ġara meta u kif nutużaw is-skieken, u dan minħabba t-trawma li għaddiet minnha u li ma kienitx taf x’kien qed jiġri dak inhar.
L-Avukat Micallef Stafrace ikkritika l-investigazzjoni tal-Pulizija, fejn skont hu li l-evidenza miġbura kienet waħda selettiva u mhux kompleta. Tenna li skont il-patoloġista Ali Salfraz, mill-awtopsja ħareġ li vittma miet kawża ta’ daqqa ta’ sikkina, li direttament nifdet il-qalb.
Hu qal li skont Salfraz, kien hemm ġerħa oħra fl-għonq li saret wara l-mewt tal-vittma, L-ewwel daqqa kienet laqtet ukoll il-fwied u li kkawżat emoroġija estensiva, li wasslet għall-mewt tas-sieħeb tal-klijenti tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni, madankollu, argumentat li l-inċident ma kellux x’jaqsam ma’ ‘self-defence’ u qed iżżomm l-akkuża ta’ qtil volontarju. Mayumi Santos Patacsil, il-mara Filippina akkużata bil-qtil tal-partner tagħha ta’ 44 sena, ma kienet weġibt għal ebda domanda waqt l-interogazzjoni hekk kif il-ġurati semgħu d-domandi li bdew isirilu fil-kwartieri ġenerali b’rabta mal-omiċidju.
Skont ix-xhieda forensika fil-Qorti, il-mewt ma seħħitx mill-ewwel iżda ftit minuti wara l-ferita fatali, li kienet ikkawżata minn daqqa ta’ sikkina li Patacsil infliġiet fuq sidru. Wara dan, hi weġġgħet lill-vittma b’ferita oħra fuq in-naħa tal-lemin ta’ għonqu, fejn ippruvat taqtagħlu griżmejh. Din l-aħħar ferita kienet inqas profonda iżda itwal, u saret b’sikkina differenti.
Dan kollu seħħ fid-2 ta’ Lulju 2021 ġewwa l-appartament li Patacsil u Saraza kienu jgħixu fih flimkien mat-tarbija tagħhom f’Mellieħa. L-akkużata xehdet li kienet qed tiddefendi ruħha minn partner vjolenti li spiss kien jitfagħa mal-art jew jagħtiha daqqiet, u li fil-ġurnata tal-inċident kienet ma riditx tagħmel relazzjoni sesswali miegħu. Hi insistiet li kien hu li beda jweġġagħha u li hija biss rritaljat għall-abbuż, qal l-Avukat difensur.
Il-Prosekuzzjoni, però, qed tinsisti li l-verżjoni ta’ Patacsil hija maħsuba biex tidher bħala vittma, meta fil-fatt kienet hi li saret l-aggressur. Qed jiġi sostnut li l-ferita fatali fil-qalb u l-ferita fuq l-għonq juru intenzjoni li toqtol, speċjalment għax ġew infliġġu f’mumenti differenti, u b’armi differenti. L-esperti
Fid-depot erba’ snin ilu l-akkużata ma rrispondietx għal ħafna mill-mistoqsijiet
Il-proċess kriminali kontra ċ-ċittadina Filippina ta’ 48 sena, kompla quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera fl-jum tal-Ġimgħa b’evidenza dwar dak li seħħ fit-2 ta’ Lulju 2021 f’appartament fil-Mellieħa. Matul is-seduta, ġie konfermat li l-akkużata ma weġbitx għal ebda domanda waqt l-investigazzjoni.
Hi għażlet li tibqa’ siekta u ma tagħtix verżjoni tagħha tal-fatti – atteġġjament li għandha d-dritt li tieħu skont il-liġi. Il-ġurija semgħet u analizzat filmat meħud waqt interrogazzjoni twila u intensiva tal-akkuzata f’każ ta’ omiċidju, relatat mal-mewt ta’ Marcelino, raġel Filippin li kien f’relazzjoni magħha.
Il-filmat, li ttieħed fil-jiem tas-6 u 7 ta’ Lulju fid-depot tal-Pulizija, juri lill-akkużata tispjega d-dinamika tal-ħajja personali tagħha, kemm fil-Filippini kif ukoll f’Malta, fejn kienet qed taħdem. Tul l-interrogazzjoni, li saret taħt kundizzjonijiet protetti waqt il-pandemija tal-COVID-19, b’maskra fuq wiċċha, l-akkużata dehret tagħti verżjonijiet differenti dwar in-natura tar-relazzjoni tagħha ma’ Marcelino.
F’diversi mumenti, irrifjutat twieġeb mistoqsijiet diretti dwar dak li ġara fil-lejl tal-inċident, inkluż jekk kinetx hi li kkawżatlu l-feriti fatali. Meta wieġbet qal li huwa minnu li kienet għajjura għalih, iżda saħqet li kien hu wkoll jgħir għaliha — speċjalment għall-ħbieb tagħha fuq Facebook, u għall-komunikazzjonijiet tagħha ma’ Filippini oħra fosthom Idrito, li allegatament kienet f’relazzjoni miegħu qabel ma reġgħet marret lura ma’ Marcelino.
L-akkużata kkonfermat li kellha diversi mobiles, li kienet tgħin lill-familja tagħha fil-Filippini, u li kienet f’kuntatt kontinwu magħhom minħabba “t-trawma” li kienet għaddejja minnha. Minkejja dan, il-prosekuzzjoni u l-investigaturi sostnew magħha li kienet persuna kontrollanti, possessiva, u li kienet taf x’kien ġara lil Marcelino.
Huma qalu wkoll li ħbieb tagħha qalu li hi stqarret magħhom li kienet nifditlu sidru, u kienet taf li kien mejjet meta marret għandhom biex titlob parir. Il-prosekuzzjoni kienet wissiet li l-allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika jistgħu jkunu saru bħala tentattiv biex tqarraq bil-Pulizija, peress li l-ħsarat li allegatament sofriet ma kinux konsistenti mal-istorja li tat — fosthom gidma li, skont l-investigaturi, kienet għamlitha lilha hi nfisha.
L-akkużata baqgħet ma weġbitx għal diversi mistoqsijiet oħra relatati ma’ dan, u f’mumenti oħra sempliċement ċaħdet dak li kienu qed jgħidulha l-investigaturi bil-moviment ta’ rasha jew baqgħet siekta. Meta kienet murija ritratti ta’ Marcelino miksi bi gverta ħamra — li l-Pulizija jsostnu li ntużat mill-akkużata biex tgħattih — hi rrifjutat li tħares u baqgħet tgħid li ma tiftakarx.
Dwar dak li ħasset fl-aħħar mumenti għal dak li ġralu l-vittma, qalet biss “sorry”, iżda ma riditx tispjega għaliex waslet s’hawn. L-investigaturi wrew id-dubji dwar kemm kienet sinċiera l-akkużata meta qalet li kienu qed jippjanaw futur flimkien, fosthom li jmorru l-Filippini għan-negozju tat-trasport.
Qalulha li jekk kienet konxja mill-abbuż li kienet qed tgħid li kienet qed tgħaddi minnu, dan mhux konvinċenti għax xorta baqgħet tgħixhom. L-investigaturi qalulha li diversi – fosthom l-eks kollegi u ġirien tagħha, taw stampa differenti ta’ Marcelino, dik li kien raġel sew jgħin fid-dar, u lill-familja tagħha u kien iħobb it-tfal.
Spikkat ix-xhieda ukoll tal-patoloġista Ali Salfraz. Fid-dikjarazzjoni tiegħu, Dr Salfraz qal li mill-awtopsja li għamel fuq il-katavru ta’ Saraza rriżulta li l-vittma miet minħabba daqqa ta’ sikkina diretta fil-qalb. Huwa żied jgħid li kien hemm ukoll ferita oħra fl-għonq, iżda din saret wara l-mewt, u dan kien evidenzjat min-nuqqas ta’ demm li ħareġ minnha, sinjal li l-qalb ma kinitx qed taħdem aktar.
Il-mara qed tiġi akkużata b’żewġ kapi ta’ akkuża. L-ewwel Kap ta’ akkuża l-iktar gravi dak ta’ omiċidju – l-prosekuzzjoni qed tgħid li fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Lulju tas-sena 2021, fi Triq il-Fortizza, fis-salott u fil-kċina ta’ din ir-residenza, Mayumi Santos Patacsil, bil-ħsieb li toqtol jew li tqiegħed il-ħajja tagħha f’periklu ċar, ikkaġunat l-mewt b’daqqa ta’ sikkina fil-parti t’isfel tan-naħa tal-lemin tas-sider tal-vittma.
Din id-daqqa kienet b’saħħitha biżżejjed li ppenetrat il-kavità tas-sider, ikkaġunat ferita fonda liema ferita ppenetrat il-fwied u kkaġunat emoraġija estensiva bil-konsegwenza li l-vittma Marcelino Montalban
Saraza miet fuq il-post ftit tal-ħin wara, kaġun ta’ din il-ferita.
Esperti mediko-legali kkonkludew li l-vittma miet minħabba ‘hypovolemic shock’ (direttament ikkawżata mill-‘stab wound’ li l-istess akkużata tat f’sider il-vittma), iżda l-mewt ma kinitx waħda istantanea u l-vittma miet ftit tal-ħin wara fuq il-post sakemm dan żvina.
L-akkuża tgħid ukoll li ftit tal-ħin wara li Mayumi Santos Patacsil tat daqqa ta’ sikkina li nifdet is-sider tal-vittma, hija għamlet ferita oħra fuq in-naħa tal-lemin tal-għonq tal-istess vittma fejn ippruvat tħanxarlu għonqu u kkaġunat inċiżjoni iktar twila milli fonda b’permezz ta’ sikkina oħra u ċioè mhux bl-istess sikkina li biha nifdet is-sider tal-vittma u kkaġunatlu l-mewt.
Mill-eżamijiet forensiċi rriżulta li din il-ferità kkanġunata f’għonq il-vittma, kienet saret f’għonqu meta huwa kien diġà miet kaġun tad-daqqa ta’ sikkina li nifdet is-sider tal-istess vittma u ppenetrat il-fwied. Ftit tal-ħin wara li l-akkużata kienet qatlet lil Marcelino Montalban Saraza, hija marret għamlet rapport fil-Gender Based and Domestic Violence Unit tal-Pulizija fejn irrapurtat li f’xi ħin qabel nofsillejl hi kellha argument mal-partner tagħha, u li ntużat sikkina f’dan l-argument.
Il-prosekuzzjoni qed tgħid li Mayumi Santos Patacsil għamlet rapport mal-Pulizija tal-vjolenza domestika fejn qalet li hi kienet vittma filwaqt li għaddiet madwar siegħa u nofs sakemm semmiet li kienet intużat arma waqt dan l-argument.
Hi qaltilhom ukoll li dan l-argument kien seħħ fl-appartament fejn kienu jirrisjedu t-tnejn li huma flimkien. Illi għalhekk fuq din l-informazzioni, uffiċjal tal-Pulizija, is-Surġent Joseph Attard mar fuq il-post fejn aċċeda fir-residenza fil-Mellieħa fejn sab xena makabra ferm quddiemu.
Il-Pulizija fil-fatt sabet katavru mixħut fl-art, mgħotti b’kutra ħamra iċċirkondat b’tiċpis tad-dmija. Ma din is-sejba l-post ġie magħluq u preservat, anke permezz ta’ uffiċjal tal-Pulizija li tħalla fixed-point 24
siegħa mal-post imsemmi.
Irriżulta waqt l-investigazzonijiet illi l-katavru kien ta’ Marcelino Montalban Saraza, il-partner ta’ Mayumi Santos Patacsil, mill-ewwel deher li kellu ferita kbira fin-naħa tal- lemin ta’ sidru u kellu wkoll ferita twila f’għonqu.
Illi waqt li kienu qedgħin jsiru investigazzionijiet fir-residenza, li l-akkużata kienet għadha fil-Gender Based and Domestic Violence Unit fejn sussegwentement ġiet infurmata li qed tinżamm taħt arrest fuq suspettat qtil tal-partner tagħha.
Fl-investigazzionijiet tal-Pulizija rriżulta wkoll li Mayumi Santos Patacsil telqet mir-residenza b’bagalja kbira wara li kienet qatlet lil Marcelino Montalban Saraza u marret għand koppja Filippina oħra bl-ismijiet ta’ Marlon Ranada Bautista u Mariam Capina Castillo. Iżda dawn ħassewhom skomdi ħafna u rrifjutaw li jħallu lill-akkużata Mayumi Santos Patacsil torqod hemm dak il-lejl.
Fil-fatt Mariam Capina Castillo kienet ikkonfermat li Mayumi Santos Patacsil kienet qaltilhom li kellha argument kbir ma’ Marcelino u li tatu daqqa ta’ sikkina u li hi ħasbet li kienet segħtet qatlitu. Mill-investigazzjonijiet li kompliet twettaq il-Pulizija rriżulta li Mayumi Santos Patacsil kellha ossessjoni kbira fuq il-partner tagħha.
Hi kienet tibgħat lil nies oħra messaġġi u telefonati li t-tonalità tagħhom dejjem kien wieħed konfrontali, iddisprati u ossessjonat, bl-akkużata ssegwi l-passi tal-partner tagħha għax hi bdiet tossessjona ruħha dwar il-possibbiltà li l-partner tagħha kien qed ikun ma’ nisa oħra u allura kienet tibgħat lil nies oħra sabiex tiċċekkja, il-ħin kollu fejn kien ikun Marcelino Montalban Saraza u xi jkun qed jagħmel;
Fil-fatt anke l-ġirien tal-akkużata stess ikkonfermaw li ta’ spiss kienu jisimgħu lil Mayumi Santos Patacsil tiġġieled mal-partner tagħha filwaqt li l-ġirien tagħhom stess iddiskrivewh bħala raġel kwiet, fejn hi kienet takkużah li kien qed ikollu relazzjonijiet ma’ nisa oħra.
It-tieni akkuża tgħid li Mayumi Santos Patacsil fil-fatt għamlet rapport ta’ vjolenza domestika u kien biss wara li għadda ħafna ħin, madwar siegħa u nofs, li semmiet li kienet fil-fatt intużat sikkina. Illi s-sejba ta’ katavru rriżultat biss wara li kien mar is-Surġent Joseph Attard fuq il-post u sab il-ġisem bla ħajja ta’ Marcelino Montalban Saraza.
Għaldaqstant, Mayumi Santos Patacsil iddenunzjat lir-reat li taf li ma sarx meta marret tagħmel rapport ta’ vjolenza domestika fittizju. Għalhekk b’għemilha l-akkużata saret ħatja li marret tagħmel rapport ta’ vjolenza domestika fittizju.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mil-Avukati AĠ Kaylie Bonnett u Etienne Savona mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għall-Filippini qed jidher l-Avukati Simon Micallef Stafrace u Julia Micallef Stafrace. Il-każ kien investigat mis-Supretendent Godwin Scerri u l-Ispettur Shaun Pawney.