Iċ-Chief Executive tal-Premier League Richard Masters qal li l-Premier League se jibqa’ b’20 tim minkejja diskussjonijiet sabiex dan jonqos għal 18-il tim minħabba n-numru ta’ partita li t-timijiet qed ikollhom jilagħbu.
L-istaġun il-ġdid tal-Premier League jibda fil-15 ta’ Awwissu, fejn dan mistenni jkun staġun twil ta’ kważi sena hekk kif jintemm fid-19 ta’ Lulju 2026 bil-finali tat-Tazza tad-Dinja.
Dan l-istaġun se jkun qed jibda biss tliet ġimgħat wara li Chelsea lagħbu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-klabbs kontra PSG.
Il-midfielder ta’ Mancheser City Rodri ssuġerixxa li l-plejers jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu strike minħabba n-numru ta’ partiti li qed jilagħbu.
Mill-istaġun li għadda, il-kampjonat Franċiż, Ligue 1 naqqas it-timijiet minn 20 tim għal 18-il tim.
//= $special ?>