Lokali

Imut ir-raġel involut fil-ġlieda li seħħet f’lukanda fil-Mellieħa

Ir-raġel li allegatament kien involut fi ġlieda fejn il-pool fil-lukanda Seabank Resort and Spa, miet il-Ħamis 31 ta’ Lulju.

Il-ġlieda li Roderick Sciortino kien involut fiha seħħet is-Sibt li għadda. Jirriżulta li Sciortino rċieva daqqa mingħand turist ta’ nazzjonalità Ingliża, Liam Joseph Stacey.

Sciortino kien fil-lukanda mas-sieħba tiegħu Alexia Meilak, ħutha u l-ġenituri tagħha sabiex jiċċelebraw għeluq snin it-tifla tiegħu.

Liam Joseph Stacey jinsab akkużat li sofra ġrieħi gravi iżda huwa qed jiċħad l-akkużi kontrih.

L-Erbgħa fil-qorti ntqal kif Sciortino kellu kundizzjoni tas-saħħa li din wasslitu sabiex jispiċċa taħt kura intensiva s-Sibt li għadda.