Għawdxija ta’ 35 sena li kienet kompliċi f’serq ta’ flus kontanti għad-dannu ta’ missier it-tfal tagħha stess, inħelset mill-akkużi miġjuba kontriha.
Il-każ imur lura għal Frar tal-2021, meta r-raġel li jiġi missier it-tfal, kien għamel rapport lill-Pulizija, wara li allegatament qabad lil bintu ta’ għaxar snin tisraq xi flus waqt il-ħin tagħha miegħu. Dan skont informazzjoni mix-xhieda fil-Qorti ta’ Għawdex.
Oħt it-tifla kienet xehdet li ommhom kienet tgħidilhom biex meta jmorru għand missierhom jisirqulu l-flus u jagħtuhom lilha.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, illiberat lill-mara hekk kif ikkonkludiet li xorta waħda m’għandiex l-aħjar prova li hemm xi konnessjoni bejn l-omm u t-teħid ta’ flus minn waħda mit-tfal.
//= $special ?>