Liverpool jidher li mhux se jkunu qed ikomplu bit-tentattivi tagħhom sabiex jakkwista lill-attakkant Żvediż ta’ Newcastle United Alexander Isak.
Liverpool għamlu offerta ta’ £110 miljun, liema offerta kienet irrifjutata minn Newcastle. Rapporti Brittaniċi qalu li Liverpool jikkunsidraw in-negozjati li jkomplu bħala diffiċli ħafna.
Wieħed għad irid jara jekk din hijiex xi tattakka minn naħa ta’ Liverpool sabiex Newcastle jbaxxu l-prezz tagħhom għal Isak. L-attakkant ta’ 25 sena ma kienx parti mill-iskwadra ta’ Newcastle li vjaġġat lejn l-Asja għat-tour tal-pre-season hekk kif Isak informa lill-klabb li jixtieq jiċċaqlaq f’dan is-suq tat-trasferimenti.
//= $special ?>