Matul il-jum tal-Ġimgħa tħabbru l-ewwel tliet ‘matchdays’ tal-YoHealth Malta Premier.
Il-kampjonat jiftaħ fis-16 ta’ Awwissu bil-partita Valletta kontra Birkirkara li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali. Dan se jkun ritorn għal Valletta fl-għola diviżjoni hekk kif fl-istaġun li għadda lagħbu fiċ-Challenge League.
Minn naħa l-oħra Birkirkara se jkunu qed jittamaw li d-diżappunt tal-istaġun li għadda u l-eliminazzjoni mill-UEFA Conference League, tgħinhom bħala motivazzjoni għall-istaġun il-ġdid.
Fl-istess ġurnata tintlagħab ukoll il-partita bejn Żabbar SP u Sliema Wanderers. Il-Ħadd mbagħad jilagħbu Marsaxlokk kontra Mosta u Floriana kontra Naxxar Lions. It-Tnejn 18 ta’ Awwissu żewġ partiti oħra, iċ-champions Ħamrun Spartans jilagħbu kontra t-tim neo-promoss Tarxien Rainbows, ssegwi wara Hibernians kontra Gżira United.
//= $special ?>