Stewart Said
OTTERS NIVEA…………….. 14
MARSASKALA OPTIMA….. 15
(5-3), (3-4), (4-6), (2-2)
Marsaskala Optima sfurzaw it-tielet semifinali tal-play-offs wara li għelbu lil Otters Nivea f’logħba missielta. Otters kellhom bżonn biss rebħa wara li bdew is-serje tal-play-offs 1-0 wara li spiċċaw il-kampjonat fit-tieni post.
Kollox deher pożittiv għal Otters meta fl-ewwel sessjoni bnew vantaġġ ta’ 3-0 u 5-1 rispettivament. Marsaskala daħlu sew fil-logħba meta tripletta ta’ Gergo Kovacs għamlet l-iskor 6-6 fit-tieni sessjoni. Minn hawn bdiet logħba oħra u għalkemm Otters temmew is-sessjoni fil-vantaġġ, Marsaskala marru fuq quddiem għall-ewwel darba fit-tielet sessjoni.
Iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu għal xulxin iżda Marsaskala baqgħu dejjem dak il-gowl vantaġġ, distakk li bdew bih l-aħħar sessjoni. Il-vantaġġ tal-Iskalin kiber għal 15-12 iżda gowls ta’ Mark Meli u Drasko Gogov ħallew kollox inċert b’żewġ minuti u nofs għat-tmiem. Madankollu minkejja t-tentattivi, Marsaskala rnexxielhom iżommu sod sat-tmiem.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, A. Dimech, C.J. Saliba, M. Meli (2), D. Dimech, D. Gogov (5), M. Soler, L. Dimech (1), V. Figliomeni (1), M. Farrugia, P. Tabone (3), Z. Dzanovic, S. Cutajar (2)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (2), T. Fenech (2), J. Pace Mizzi (1), J. Simpson, R. Greco (1), M. Agius, G. Kovacs (8), K. Grech (1), G. Sammut, M. Curmi, T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo
Referees: Daniele Bianco, Stefan Licari
MARSAXLOKK MFF……….. 13
BIRŻEBBUĠA……………….. 10
(3-2), (4-3), (4-4), (2-1)
Marsaxlokk MFF għamlu dak mistenni minnhom u aċċertaw minn post fil-finali tal-play-offs. Bix-Xlukkajri kklassifikati fl-ewwel post fil-klassifika, bdew il-play-offs fuq l-aqwa minn tlieta b’vantaġġ ta’ 1-0. Birżebbuġa offew sfida denja u kieku l-barrani Nikola Bursac lagħab il-logħba kollha, ir-riżultat seta’ kien differenti.
Marsaxlokk kellhom vantaġġ ta’ 3-1 lejn tmiem l-ewwel sessjoni sakemm Birżebbuġa rnexxielhom idawru r-riżultat sa nofs it-tieni sessjoni. Nikola Bogdanovic skorja doppjetta fi ftit sekondi għal vantaġġ ta’ 5-4 iżda Nikola Bursac ġab id-draw. Fl-aħħar minuta tas-sessjoni, Marsaxlokk skorjaw darbtejn filwaqt li ntemmet il-logħba ta’ Bursac, tkeċċija li nisslet rabja fit-tim ta’ Birżebbuġa.
Għall-ewwel darba fil-logħba, Marsaxlokk kellhom distakk ta’ erba’ gowls. Birżebbuġa baqgħu jissieltu u qatgħu d-distakk min-nofs. Sa nofs l-aħħar sessjoni, ix-Xlukkajri kellhom vantaġġ ta’ 12-10, b’Nikola Bogdanovic issiġilla r-rebħa fl-aħħar tliet minuti.
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (2), N. Bogdanovic (6), Z. Cutajar Licari, L. Montebello Brownrigg, S. Mifsud (1), J. Pawley, R. Galea, J. Borg Tabone (1), A. Fava (1), A. Cook (1), J. Micallef, B. Lewis (1), R. Spiteri
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (1), M. Cassar, N. Bursac (3), J. Ciantar, I. Galea, J. Abdilla, N. Saliba, D. Farrugia (1), M. Cutajar (1), M. Mannino (2), N. Bugelli, S. Livori, J. Saliba (2)
Referees: Peter de Jong, Neville Mercieca
//= $special ?>