Lando Norris temm fl-ewwel post fil-provi tal-Ġimgħa fejn kien segwit minn sieħbu fit-tim Oscar Piastri. Iż-żewġ sewwieqa ta’ McLaren jinsabu wkoll fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali fejn Norris jinsab 16-il punt wara Piastri.
Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fit-tielet post u kien segwit miż-żewġ sewwieqa ta’ Aston Martin Lance Stroll u Fernando Alonso. Lewis Hamilton ta’ Ferrari temm fis-sitt post.
George Russle temm fis-seba’ pożizzjoni u kien segwit mis-sewwieqa ta’ Racing Bulls Isack Hadjar u Yuki Tsunoda. Kimi Antonelli temm fl-għaxar post. Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Versatppen temm biss fl-14-il post.
Il-Grand Prix tal-Ungerija jkompli is-Sibt bis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni filwaqt li l-Ħadd isir il-Grand Prix fit-3.00pm.
//= $special ?>