Kważi sittax minn kull mitt student f’pajjiżna, fl-iskejjel primarji u sekondarji, huma barranin.
Dan ħareġ ċar miċ-ċifri illi inħarġu mill-NSO, u li juru kif fis-sena skolastika li għaddiet 51,000 student ġew irreġsitrati fl-iskejjel tal-Primarja u s-Sekondarja.
Tul dawn l-aħħar ħames snin l-ammont ta’ studenti fl-edukazzjoni obbligatorja żdied.
Mit-total ta’ studenti, 54.4% kienu fl-iskejjel primarji, waqt li aktar minn kwart, propju, 27.4% daħlu fl-iskejjel sekondarji tas-sena year 7 sa year 9, waqt li 18.1% daħlu fl-iskejjel sekondarji minn year 10 sa year 11.
Bħas-snin ta’ qabel il-maġġoranza ta’ studenti li kienu qegħdin fl-edukazzjoni obbligartorja fis-sena skolastika 2024/2025 irreġistraw fl-iskejjel tal-istat – propju 56.8%.
Minn naħa l-oħra 29.7% irreġistraw fl-iskejjel tal-Knisja. Kienu biss 13.6% l-istudenti li rreġistraw fi skejjel indipendenti.
Għalkemm, l-istudenti Maltin jirrappreżentaw l-maġġoranza tal-ammont ta’ studenti fl-iskejjel obbligatorji, il-persentaġġ jidher li niżel ftit matul is-snin.
Min naħa l-oħra l-ammont ta’ studenti ta’ ċittadinanza barranija gradwalment żdied minn 13.2% … fl-2019/2020 għal 15.8% fl-2022/2023.
Jekk din it-tendenza li ġiet osservata fis-snin preċidenti tinżamm, il-porzjon ta’ studenti Maltin hija mistennija li tonqos aktar, waqt li l-porzjon ta’ studenti barranin hija mistennija li tiżdied.
//= $special ?>