Lokali

QTIL DOPPJU: Tingħata l-aħħar tislima lil Dennis Mifsud fis-Siġġiewi

Fi knisja ppakjata, illum ingħatat l-aħħar tislima lil Dennis Mifsud li inqatel nhar it-Tlieta fl-isparatura fiz-zona tal-Kunċizzjoni.

Mifsud kien deskritt bħala raġel umli, bl-Arċipriet Dun Josef Mifsud jgħid li kien imur quddies kuljum.

Fl-omelija, hu semma’ kif bħalissa l-familja għaddejja minn sentiment ta’ niket, konfużjoni u anke rabja.

Dennis Mifsud inqatel fl-isparatura li fiha nħasdet ukoll il-ħajja ta’ Toni Agius. Iż-żewġt irġiel huma parti mill-istess familja, miż-żwieġ.