Il-Ġimgħa filgħodu seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, Seat Cordoba misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti l-Għargħur, u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-05:30 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa. Minnufih, il-Pulizija u ambulanza marru fuq il-post hekk kif irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi. Ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.
//= $special ?>