Sport

Riżultat li ma kienx biżżejjed għal Floriana

:

Floriana      1       FC Ballkani      1

Riżultat li ma kienx biżżejjed għal Floriana biex jevitaw milli  jkunu eliminati mill-Conference League, fis-Centenary Stadium, Ta’ Qali. Riżultat li permezz tiegħu Ballkani għaddew għar-rawnd li jmiss b’aggregate ta’ 5 – 3.

Filwaqt li sal-ewwel nofs siegħa, konxji li ma jsofrux gowl kmieni Floriana u wisq aktar Ballkani kienu kawti fl-azzjonijiet offensiva. Fit-38 minuta iżda l-partita ħadet xejra differenti. Minn azzjoni ta’ Mustapha Jan lejn DUNSTAN VELLA li għeleb lil Adnan Golubovic bi Floriana fil-vantaġġ.

Gowl li wassal għal reazzjoni minn Ballkani li fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud fi tmiem l-ewwel taqsima kien SUNDAY ADETUNJI li għeleb lil Guielherme Ciolitti. 1 – 1 u d-differenza fl-aggregate baqgħet b’distakk ta’ żewġ gowls.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess minkejja li Floriana kellhom aktar pussess u wisq aktar azzjonijiet offensivi li izda b’xi mod ma ħolqu ebda problema fuq id-difiża ta’ Ballkani, b’Adnan Golubovic b’xi mod zamm l-iskor 1 – 1

Referee kien Dario Bel mill-Kroazja.