Il-Bord tad-Diretturi ta’ APS Bank plc approva d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Intermedji għall-ewwel nofs tas-sena li ntemm fis-30 ta’ Ġunju 2025 u rreġistra profitt qabel it-taxxa ta’ €9.1 miljun fil-livell tal-Grupp u ta’ €10.2 miljun fil-livell tal-Bank. Id-dħul nett operattiv kiber b’10.6% meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2024.
Il-ħlas fi flus ta’ dividend interim nett hu ta’ €1,800,000 (dividend gross ta’ €2,769,231), soġġett għall-approvazzjoni regolatorja. Id-dividend nett jammonta għal €0.00472 ċenteżmi għal kull sehem ordinarju (dividend gross ta’ €0.00726 ċenteżmi), u jitħallas lil dawk li jkunu fuq ir-Reġistru tas-Central Securities Depository fl-1 ta’ Settembru 2025.
Fid-dawl ta’ aġġustamenti globali kontinwi, b’tensjonijiet ġeopolitiċi għoljin, tariffi kummerċjali ġodda li qed jheddu l-katini tal-provvista, inċertezza fis-swieq finanzjarji u disturbazzjonijiet oħra li qed iwasslu biex l-ekonomiji jimxu b’ritmi differenti, l-ekonomija Maltija baqgħet relattivament reżiljenti u kompliet timxi b’mod sod fuq triq ta’ tkabbir.
Ir-riżultati tal-Bank jikkonfermaw il-bidla pożittiva fid-dħul operattiv u l-profittabbiltà fit-tieni kwart, kif kien, u din il-prestazzjoni mistenni tissaħħaħ aktar fit-tieni nofs tas-sena.
Ir-rżultati ewlenin
Il-Grupp APS irrappurta dħul mill-imgħax ta’ €60.1 miljun għall-1H 2025, żieda ta’ €4.1 miljun (7.3%) fuq l-1H 2024.
Imgħax imħallas laħaq €24.5 miljun għal sitt xhur li ntemmu fis-30 ta’ Ġunju 2025, żieda ta’ 7% fuq €22.9 miljun fl-istess perjodu tal-2024. Dan jirrifletti żieda fil-bilanċi tal-klijenti u impenn biex jiġu offruti rati kompetittivi f’ambjent dinamiku.
L-istruttura tal-prezzijiet tal-imgħax tal-Bank wasslet biex jiġi msaħħaħ in-Net Interest Margin li wera titjib sinifikanti fit-2Q 2025.
Dħul operattiv ieħor ta’ €0.5 miljun naqas b’€0.3 miljun meta mqabbel mal-1H 2024. Fil-livell tal-Bank, il-bejgħ parzjali strateġiku ta’ ishma f’sub-fond iġġenera qligħ ta’ €0.7 miljun, li iżda ġie parzjalment imnaqqas fil-livell tal-Grupp minn movimenti negattivi fil-kambju barrani.
Telf nett ta’ €0.5 miljun (1H 2024: €2.0 miljun), tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mas-sena ta’ qabel li kienet tinkludi ċarġijiet ta’ kreditu fuq portafolli ta’ self kummerċjali u sindakat.
Għas-sitt xhur taħt reviżjoni, l-infiq operattiv laħaq €31.6 miljun, żieda ta’ 17% fuq l-istess perjodu tal-2024. Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-kontribuzzjonijiet lejn l-Iskema ta’ Kumpens tal-Fdejn, miżati regolatorji u ta’ superviżjoni ogħla, teknoloġija, sigurtà u infiq relatat ma’ pariri dwar due diligence. Ir-rata ta’ spiża fuq dħul telgħet għal 77.4% (1H 2024: 70.0%).
L-assi tal-Grupp kienu jammontaw għal €4.3 biljun, żieda ta’ 3.9% mid-December 2024.
L-obbligazzjonijiet totali laħqu €4 biljun, żieda ta’ 4.2% fuq Diċembru 2024. Il-kontributuri ewlenin għal din iż-żieda kienu: Bilanċi ta’ depożiti tal-klijenti li telgħu b’€179.5 miljun, u l-istruttura tad-depożiti għaddiet għal bilanċi ta’ kuljum, li żiedet l-effiċjenza tal-finanzjament tal-Bank u ottimizzat l-ispejjeż.
L-ekwità totali fi tmiem l-1H 2025 kienet ta’ €308.8 miljun, tnaqqis ta’ €1.1 miljun minn €309.9 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2024.
Ir-rata CET1 tal-Bank kienet ta’ 15.0% (Diċ-2024: 14.6%) u r-Rata tal-Adekwatezza tal-Kapital kienet ta’ 20.6% (Diċ-2024: 20.1%).
F’kumment tal-Kap Eżekuttiv, Marcel Cassar, qal li: “Aħna kuntenti li nħabbru prestazzjoni li tiddeskrivi ruħha aħjar bħala dik ta’ żewġ kwartijiet, aktar milli nofs sena. Wara l-livell għoli tal-imgħaxijiet tal-BĊE fl-2024, it-tnaqqis tagħhom qed jgħin lill-Bank jonqos l-ispejjeż ta’ finanzjament u jtaffi l-pressjoni fuq il-marġni, li wasslet għal rebound qawwi fid-dħul nett mill-imgħax fit-2Q – wieħed mill-aqwa kwartijiet s’issa – u din ix-xejra mistennija tkompli tissaħħaħ. Dawn u miżuri oħra qed isaħħu l-profittabbiltà u l-effiċjenza, b’indikaturi ta’ kapital u likwidità b’saħħithom u kwalità tal-assi f’livell għoli.
Dan kollu sar waqt li bqajna kompetittivi fil-prezzijiet, investejna fit-trasformazzjoni, introduċejna prodotti u kanali diġitali ġodda, semplifikajna l-esperjenza bankarja u saħħaħna l-impenn mal-klijenti.
APS Bank u l-Grupp għadhom fuq triq ta’ tkabbir, b’fokus ġdid fuq żvilupp organiku u titjib fil-prodotti u s-servizzi, kif ukoll f’tentattivi biex niksbu aktar mis-suq. Fl-istess ħin, qegħdin insegwu opportunitajiet biex niksbu aktar skala u sehem fis-suq. Il-pjanijiet jinsabu fi stadju avvanzat għal Rights Issue ta’ ishma ordinarji li se ssir fir-raba’ kwart tal-2025. Aktar dettalji dwar dan il-kapital importanti se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif resqin lejn stadju ieħor importanti biex noħolqu aktar valur għall-partijiet interessati.”
//= $special ?>