Omm qed tagħmel appell imqanqal biex min għandu informazzjoni dwar binha, Kareem Ouled El Hadj ta’ 30 sena, jikkuntatjaha minnufih.
L-appell sar fuq Facebook minn Tania Pisani, illi spjegat kif binha Kareem ilu nieqes mill-Erbgħa.
Huwa deher l-aħħar f’Tas-Sliema u kien liebes shorts u flokk ta’ kulur skur.
“Ħareġ u ma ġiex lura”, kitbet omm Kareem.
Hi qed tappella biex min għandu xi informazzjoni ikellimha fuq 99960944. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha wkoll lill-Pulizija, anke b’mod
kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb
Għassa tal-Pulizija.