Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Mildred Azzopardi

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Is-Sibt filgħodu, ingħatat l-aħħar tislima lil Mildred Azzopardi fil-Parroċċa ta’ San Publiju fil-Furjana – ċerimonja li matulha spikkat l-imħabba li l-familja u l-ħbieb ta’ Mildred kellhom lejha.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Fl-omelija, issemma’ kif hi kienet tgħix ħajja reliġjuża, u li issa, Mildred marret tiltaqa’ mal-Mulej għall-ħajja ta’ dejjem.

It-tifla tagħha Janice, wkoll wasslet messaġġ qasir biex tfakkar il-memorja t’ommha f’isimha u f’isem l-aħwa tagħha Maria, Amy u Cain.

Hi semmiet kif ommhom kienet persuna ta’ valuri kbar, u li dejjem uriet imħabba kbira kemm lejn il-familja tagħha, kif ukoll lejn persuni li anqas biss kienet taf.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Mildred Azzopardi kienet inqatlet f’inċident li seħħ f’Ta’ Liesse nhar il-Ħadd li għadda, fejn Benjamin Chetcuti qed jiġi mixli bil-qtil involotarju tagħha waqt li kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Ir-raġel tagħha, Freddie Azzopardi, wkoll spiċċa ferut serjament, u għadu qed jinżamm taħt osservazzjoni fl-ITU, jissielet għal ħajtu.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo