Internazzjonali

Wieħed minn kull tlett Palestinjan jagħmel ġranet ma jikolx

Il-Palestinjani f’Gaza qed jiffaċjaw periklu kbir ta’ ġuħ, hekk kif skont l-Aġenzija tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, UNICEF, wieħed minn kull tlett Palestinjan qed jgħaddu għal ġranet sħaħ mingħajr ikel.

L-aġenzija ħeġġet lill-kommunità internazzjonali sabiex jirreaġixxu malajr hekk kif is-sitwazzjoni f’Gaza qed tkompli tiggrava kawża tal-gwerra ma’ Iżrael.

Permezz ta’ stqarrija, id-Deputat Direttur Eżekuttiv ta’ UNICEF għall-Azzjoni Umanitarja u l-Operazzjonijiet tal-Fornituri, Ted Chaiban, sosta li iżjed minn 320,000 tifel u tilfla jinsabu f’riskju ta’ malnutrizzjoni akuta, u li l-indikatur tal-malnutrizzjoni f’Gaza qabeż il-limitu tal-ġuħ.

Dan sostnieħ ukoll f’kumment li ta, hekk kif hu filfatt kien mar Gaza u ra b’għajnejħ stess dak li qed jiġri.

L-UNICEF qalu wkoll li hemm bżonn li d-dinja tkompli żżomm l-attenzjoni fuq Gaza, għax huwa l-post fejn it-tbatija hija l-aktar severa u fejn it-tfal qed imutu b’rata bla preċedent.

Nhar is-Sibt, Atef Abu Khater, Palestinjan ta’ 17-il sena, miet minħabba l-malnutrizzjoni. Hu kien b’saħħtu qabel il-gwerra, iżda hu spiċċa ttieħed l-isptar u tpoġġa fis-senzzjoni tal-kura intensiva, u wara ftit żmien waqaf jirrispondi għat-trattament.

Skont il-Ministeru tas-Saħħa ta’ Gaza, in-numru ta’ mwiet minħabba l-ġuħ fit-territorju issa jammonta għal 162, inklużi 92 tifel u tifla.