BMatul il-jum tal-lum qed tiġi organizzata maratona ġbir ta’ fondi b’risq l-Inspire Malta.
It-tema ‘Bżonnok’ qed turi l-bżonn kbir għal dawn il-fondi, sabiex ikunu jistgħu jkomplu joffru s-servizzi terapewtiċi, edukattivi, u rekreattivi tagħhom lit-tfal u adulti b’diżabbilita’ – grazzi għal diversi programmi li joffru.
Matul ix-xandira għadd ta’ persuni kontinwament qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom kif ukoll dwar kif l-Inspire kienet ta’ għajnuna għall-familja tagħhom.
Il-maratona bdiet fil-11am u mistennija tintemm fil-11pm.