Raġel ta’ 38 sena mill-Imtarfa ġie mmultat €7,000 wara li nstab ħati li kiser restrizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti f’ordni ta’ protezzjoni, kif ukoll li sar riċediv.
Il-prosekuzzjoni spjegat li fil-21 ta’ Lulju, il-vittma marret tagħmel rapport għand it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Pulizija fil-konfront tal-imputat, wara li l-mara kienet il-baħar mas-sieħeb tagħha u t-tfal li għandha mal-imputat. U meta sar il-ħin biex jitilqu, il-vittma u l-akkużat ġew wiċċ’imbwiċċ bil-vetturi fl-Imġarr.
Wara r-rapport, ħareġ mandat fil-konfront tal-imputat u l-imputat ikkollabora bis-sħiħ mal-Pulizija, u wara wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti sabet lir-raġel ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u mmultatu €7,000.
//= $special ?>