Andrija Klasnja u Andrija Stevanovic, Serbi ta’ 23 sena, ġew immultati €2,000 kull wieħed wara li fl-1 ta’ Awwissu, wieħed qabbad sigarett fit-toilet u l-ieħor talli nsulenta lill-membri tal-ekwipaġġ waqt titjira tal-linja tal-ajru Ryanair mis-Serbja għal Malta.
Iż-żewġ żgħażagħ ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u skużaw ruħhom.
Il-prosekuzzjoni appellat biex tiġi kkunsidrata l-età tal-imputati, tal-kondotta nadifa tagħhom u talli kkoperaw bis-sħiħ, iddispjaċihom, u skużaw ruħhom pubblikament għal dak li għamlu.
B’hekk il-Qorti sabet lill-imputati ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u mmultathom €2,000 kull wieħed.
//= $special ?>