Ambjent Lokali Parlament

Konsultazzjoni u working group? Kien ikun ferm aħjar kieku saru qabel

Ma jaqtgħu xejn il-botti interni lejn Robert Abela wara li hu u l-klikka tiegħu għamlu dik li Joseph Muscat sejħilha bħala “froġa” bil-liġijiet tal-ippjanar. Bid-deputat Laburista Edward Zammit Lewis ikompli jitfa’ l-melħ fuq il-ferita.

Fil-fatt, sa dalgħodu stess, Zammit Lewis qal bla tlaqliq li “stajna konna politikament aktar strateġiċi u għaqlija” fil-preżentazzjoni ta’ dawn il-liġijiet.

Hu qal ukoll li jaqbel mal-Prim Ministru Robert Abela “meta semma’ t-twaqqif ta’ working group, stakeholder management u public consultation, għalkemm kien ferm aħjar li dawn saru qabel.”

Fi kliem id-deputat laburista, dan il-working group li ser ikun immexxi minn Mark Mallia għandu jkun kompost minn komponenti varji u minn diversi livelli li jirriflettu spectrum wiesgħa ta’ veduti fuq dawn l-abbozzi. Hekk jista’ jkollna riċetta u prodott aħħari tajjeb – b’Zammit Lewis jibqa’ juża (bħal Muscat) l-analoġija tal-ikel.

Il-PN minn naħa tiegħu kien ċar ħafna: u ressaq mozzjoni Parlamentari biex dawn il-liġijiet jiġu irtirati. Għalkemm Robert Abela għadu qed isabbat saqajh.